14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2011 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-33/09) (1)
(Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Pagamenti ta’ penalità - Talba għal ħlas - Abrogazzjoni tal-leġiżlazzjoni kkontestata)
2011/C 145/39
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u J. A. De Oliveira, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, P. Guerra e Andrade u P. Costa de Oliveira, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 7419 finali, tal-25 ta’ Novembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni talbet il-pagament tal-penalitajiet dovuti skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-10 ta’ Jannar 2008, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-70/06, Ġabra p.I-1).
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 7419 finali, tal-25 ta’ Novembru 2008, hija annullata.
(2)
Il Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 4.4.2009.
Full & Egal Universal Law Academy