17.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2010 — Procaps vs UASI — Biofarma (PROCAPS)
(Kawża T-35/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja PROCAPS - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti PROCAPTAN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti u s-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 195/26
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Procaps, SA (Barranquilla, il-Kolombja) (rappreżentant: M. Vidal-Quadras Trias de Bes, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Biofarma SAS (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: A. Ruiz López u V. Gil Vega, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Novembru 2008 (Każ R 867/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Biofarma SAS u Procaps, SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Procaps, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 21.3.2009
Full & Egal Universal Law Academy