18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – Advance Magazine Publishers vs UASI – Selecciones Americanas (VOGUE CAFÉ)
(Kawża T-40/09) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark Komunitarja verbali VOGUE CAFÉ - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Vogue u VOGUE studio u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva VOGUE - Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 136/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Pethke u D. Botis, sussegwentement I. Harrington, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Selecciones Americanas, SA (Sitges, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2008 (Każ R 0280/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Selecciones Americanas, SA u Advance Magazine Publishers, Inc.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċizjoni fuq it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2008 (Każ R 0280/2008-4), sa fejn hija tikkonkludi li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni, VOGUE CAFÉ, u t-trade mark figurattiva Spanjola VOGUE studio rreġistrata bin-numru 2529728.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Advance Magazine Publishers, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 4.4.2009.
Full & Egal Universal Law Academy