20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Deutsche Behindertenhilfe — Aktion Mensch vs UASI
(Kawża T-47/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 317/51
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Behindertenhilfe — Aktion Mensch eV (Mainz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Töbelmann u A. Piltz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1094/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Deutsche Behindertenhilfe — Aktion Mensch eV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 102, 01.05.2009
Full & Egal Universal Law Academy