14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — XXXLutz Marken vs UASI — Natura Selection (Linea Natura Natur hat immer Stil)
(Kawża T-54/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Linea Natura Natur hat immer Stil - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti natura selection - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 145/40
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: XXXLutz Marken GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Pannen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Natura Selection, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1787/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Natura Selection, SL u XXXLutz Marken GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
XXXLutz Marken GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 90, 18.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy