24.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2012 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-59/09) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu magħluqa - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Għoti ta’ aċċess - Ftehim minn qabel tal-Istat Membru)
2012/C 89/32
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, B. Klein u A. Wiedmann, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, P. Costa de Oliveira u F. Hoffmeister aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Muñoz Pérez, sussegwentement S. Centeno Huerta, aġenti); u r-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment M. Dowgielewicz, M. Szpunar u B. Majczyna, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment J. Bering Liisberg u B. Weis Fogh, sussegwentement S. Juul Jørgensen u C. Vang, aġenti); ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent); u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: K. Petkovska, A. Falk u S. Johannesson, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E.3/RG/mbp D (2008) 10067, tal-5 ta’ Diċembru 2008, li tagħti lil ċittadini l-aċċess għal ċerti dokumenti mibgħuta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-kuntest tal-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu Nru 2005/4569.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom
(1) ĠU C 113, 16.05.2009.
Full & Egal Universal Law Academy