4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Meica vs UASI — Bösinger Fleischwaren (Schinken King)
(Kawża T-61/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark Komunitarja verbali Schinken King - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti King - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti Curry King - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009))
2012/C 32/36
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (Edewecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Russlies, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Führer u G. Schneider, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bösinger Fleischwaren GmbH (Bösingen, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 1049/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG u Bösinger Fleischwaren GmbH.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-11 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 1049/2007-1) hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG.
(1) ĠU C 102, 1.5.2009.
Full & Egal Universal Law Academy