4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Rintisch vs UASI — Bariatrix Europe (PROTI SNACK)
(Kawża T-62/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PROTI SNACK - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti PROTIPLUS, PROTI u PROTIPOWER - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Kunċett ta’ ‘dispożizzjoni kuntrarja’ - Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95)
2012/C 32/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bariatrix Europe Inc. SAS (Guilherand-Granges, Franza)
Suġġett
Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 740/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bernhard Rintisch u Bariatrix Europe Inc. SAS.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Bernhard Rintisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 102, 1.5.2009.
Full & Egal Universal Law Academy