5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Volkswagen vs UASI — Suzuki Motor (SWIFT GTi)
(Kawża T-63/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SWIFT GTi - Trade marks internazzjonali u nazzjonali preċedenti GTI - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Oppożizzjoni miċħuda)
2012/C 133/42
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla u S. Risthaus, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Suzuki Motor Corp. (Shizuoka-ken, il-Ġappun)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 749/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volkswagen AG u Suzuki Motor Corp.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Volkswagen AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 102, 01.05.2009
Full & Egal Universal Law Academy