28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-70/09) (1)
(FEŻR - Dokument ta’ programmar individwali li jirrigwarda r-reġjun Groningue-Drenthe - Deċiżjoni li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja u li tordna r-rimbors parzjali tas-somom imħallsa - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 23(1) u l-Artikolu 24(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88)
2011/C 160/22
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Noort, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 8355, tal-11 ta’ Diċembru 2008, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija fil-kuntest tad-dokument ta’ programmar individwali Nru 97.07.13.003, li jaqa’ taħt l-Objettiv 2, fir-rigward tar-reġjun Groninge-Drenthe, b’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/711/KE, tas-26 ta’ Mejju 1997.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 90, 18.4.2009.
Full & Egal Universal Law Academy