30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2011 — Mundipharma vs UASI — Asociación Farmaceuticos Mundi (FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI)
(Kawża T-76/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti mundipharma - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 226/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mundipharma GmbH (Limburg/Lahn, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: W. Verburg, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Asociación Farmaceuticos Mundi (Alfafar, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 825/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mundipharma GmbH u Asociación Farmaceuticos Mundi.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Mundipharma GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 102, 01.05.2009.
Full & Egal Universal Law Academy