1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2010 — hofherr communikation vs UASI (NATURE WATCH)
(Kawża T-77/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea - Trade mark verbali NATURE WATCH - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009)”)
2010/C 113/71
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: hofherr communikation GmbH (Innsbruck, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Warbek, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 1410/2008-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali, li tindika l-Komunità Ewropea, tat-trade mark verbali NATURE WATCH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Hofherr communikation GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 90, 18.4.2009.
Full & Egal Universal Law Academy