1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2010 — Il-Parlament vs Collée
(Kawża T-78/09) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2004 - Proċedura għall-allokazzjoni ta’ punti ta’ mertu - Żnaturament tal-provi - Motivazzjoni - Valur tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Rapporti - Prinċpiju ta’ nondiskriminazzjoni”)
2010/C 113/72
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment C. Burgos u A. Lukošiūtė, sussegwentement R. Ignătescu, aġenti)
Konvenut: Laurent Collée (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J N. Louis u É. Marchal, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2008, Collée vs Il-Parlament (F-148/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) li tiċħad ir-rikors għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud
(2)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn L. Collée fil-kuntest ta’ din il-kawża.
(1) ĠU C 102, 1.5.2009
Full & Egal Universal Law Academy