10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Lulju 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-81/09) (1)
(FEŻR - Tnaqqis fl-għajnuna finanzjarja - Programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv 1 (1994-1999), ‘Aċċessibbiltà u Toroq Prinċipali’ fil-Greċja - Delega tal-obbligi awżiljarji mill-Kummissjoni lil terzi - Sigriet professjonali - Rata tal-korrezzjoni finanzjarja - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni - Stħarriġ ġudizzjarju)
2011/C 269/101
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment M. Tassopoulou, aġent, assistit minn C. Meïdanis u E. Lampadarios, avukati, sussegwentement P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti, assistiti minn G. Michailopoulos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 8573, tal-15 ta’ Diċembru 2008, dwar it-tnaqqis fl-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija lill-Greċja, li tammonta għal EUR 30 104 470,47, favur il-Programm operattiv “Aċċessibbiltà u Toroq Prinċipali”, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 3579, tas-16 ta’ Diċembru 1994, li tapprova l-għajnuna tal-FEŻR.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 8573, tal-15 ta’ Diċembru 2008, rigward it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija lill-Greċja hija annullata sa fejn tipprevedi, minn naħa, korrezzjoni tal-ammont ta’ EUR 506 303 fir-rigward tal-proġett “Isthmos — Galota” u, minn naħa l-oħra, korrezzjoni tal-ammont ta’ EUR 684 343 fir-rigward tal-proġett “Carrefour de Polymylos (kuntratt 928)”.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u 80 % tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(4)
Il-Kummissjoni għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 129, 06.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy