10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-84/09) (1)
(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi minn finanzjament - Azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni ta’ prodotti agrikoli - Produzzjoni ta’ żejt taż-żebbuġ u taż-żebbuġ ta’ fuq il-mejda - Ħlasijiet tardivi)
2012/C 343/15
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: L. Ventrella u G. Palmieri, avukati dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u P. Rossi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/960/KE, tat-8 ta’ Diċembru 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (ĠU L 340, p. 99), inkwantu din teskludi ċerti spejjeż sostnuti mir-Repubblika Taljana.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 90, 18.4.2009.
Full & Egal Universal Law Academy