29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-86/09) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi informatiċi, inkluż il-manutenzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd u għall-Affarijiet Marittimi - Rifjut tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trattament ugwali - Trasparenza - Kriterji tal-għażla - Kunflitt ta’ interess - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)
2011/C 319/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Ġreċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, P. Katsimani u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Diċembru 2008, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti MARE/2008/01, li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi informatiċi, inkluż il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi ta’ informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd u għall-Affarijiet Marittimi tal-Kummissjoni (ĠU 2008, S 115), kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għal danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 113, 16.05.2009.
Full & Egal Universal Law Academy