4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2015 – Pollmeier Massivholz vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-89/09) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri tal-Istat li jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ impriża tal-qtugħ tal-injam fil-Land Hessen - Rikors għal annullament - Ittra indirizzata lil-lanjanti - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Kalkolu tal-element tal-għajnuna ta’ garanziji tal-Istat - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji - Impriża li tinsab f’diffikultà - Bejgħ ta’ art pubblika - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2015/C 146/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Pollmeier Massivholz GmbH & Co. KG (Creuzburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Heithecker u F. von Alemann, sussegwentement J. Heithecker, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u F. Erlbacher, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Land Hessen (il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Soltész u P. Melcher, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6017 finali, tal-21 ta’ Ottubru 2008, Għajnuna mill-Istat N 512/2007 – il-Ġermanja, Abalon Hardwood Hessen GmbH, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra D/55056 tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Diċembru 2008, dwar il-proċedura ta’ Għajnuna mill-Istat CP 195/2007 – Abalon Hardwood Hessen GmbH.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6017 finali, tal-21 ta’ Ottubru 2008, Għajnuna mill-Istat N 512/2007 – Ġermanja, Abalon Hardwood Hessen GmbH, hija annullata sa fejn hija tiddeċiedi li l-garanziji tal-Istat mogħtija mil-Land Hessen ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Pollmeier Massivholz GmbH & Co. KG hija kkundannata tbati erba’ minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha, erba’ minn ħames partijiet tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u erba’ minn ħames partijiet tal-ispejjeż tal-Land Hessen.
4)
Il Kummissjoni hija kkundannata tbati kwint tal-ispejjeż tagħha u kwint tal-ispejjeż ta’ Pollmeier Massivholz.
5)
Il-Land Hessen huwa kkundannat ibati kwint tal-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 129, 6.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy