28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Tubesca vs UASI — Tubos del Mediterráneo (T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A.)
(Kawża T-98/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva T TUMESA TUBOS DEL MEDITERRANEO S.A. - Trade marks nazzjonali verbali u internazzjonali figurattiva preċedenti TUBESCA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 160/23
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Tubesca (Ailly-sur-Noye, Franza) (rappreżentant: F. Greffe, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Tubos del Mediterráneo, SA (Sagunto, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 518/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tubesca u Tubos del Mediterráneo, SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Tubesca hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 102, 1.05.2009.
Full & Egal Universal Law Academy