3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 19 ta' Mejju 2010 — Ravensburger vs UASI — Educa Borras (MEMORY)
(Kawża T-108/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja MEMORY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru diskrittiv Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 77 -Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 179/66
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ravensburger AG (Ravensburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Educa Borras, SA (Barcelone, Spanja) (rappreżentant: I. Valdelomar Serrano, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Jannar 2007 (Każ R 305/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Educa Borras, SA u Ravensburger AG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ravensburger AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 6.6.2009
Full & Egal Universal Law Academy