4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Rintisch vs UASI — Valfleuri Pâtes alimentaires (PROTIVITAL)
(Kawża T-109/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PROTIVITAL - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti PROTIPLUS, PROTI u PROTIPOWER - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009) - Kunċett ta’ “dispożizzjoni kuntrarja” - Regola 20(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 - Regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95)
2012/C 32/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Scheider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Valfleuri Pâtes alimentaires SA (Wittenheim, Franza) (rappreżentant: F. Baujoin, avukat)
Suġġett
Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Jannar 2009 (Każ R 1660/2007-4), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Bernhard Rintisch u Valfleuri Pâtes alimentaires SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Bernhard Rintisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 16.5.2009
Full & Egal Universal Law Academy