23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2010 — Icebreaker vs UASI — Gilmar (ICEBREAKER)
(Kawża T-112/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ICEBREAKER - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ICEBERG - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 288/75
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Icebreaker Ltd (Wellington, in-New Zealand) (rappreżentant: L. Prehn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gilmar SpA (San Giovanni in Marignano, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Jannar 2009 (Każ R 1536/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gilmar SpA u Icebreaker Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Icebreaker Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 16.05.2009.
Full & Egal Universal Law Academy