27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2010 — PromoCell bioscience alive vs UASI (SupplementPack)
(Kawża T-113/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SupplementPack - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 80/43
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: PromoCell bioscience alive GmbH Biomedizinische Produkte (Heidelberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Mende, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Jannar 2009 (KAŻ R 996/2008-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SupplementPack bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
PromoCell bioscience alive GmbH Biomedizinische Produkte hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 6.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy