19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2011 — La Sonrisa de Carmen u Bloom Clothes vs UASI — Heldmann (BLOOMCLOTHES)
(Kawża T-118/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BLOOMCLOTHES - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BLOOM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 340/32
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: La Sonrisa de Carmen, SL (Vigo, Spanja); u Bloom Clothes, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: S. Míguez Pereira, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. F. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Harald Heldmann (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Günther, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Jannar 2009 (Każ R 695/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harald Heldmann u La Sonrisa de Carmen, SL u Bloom Clothes, SL.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
La Sonrisa de Carmen, SL u Bloom Clothes, SL huma kkundannati għall-ispejjeż bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn Harald Heldmann.
(3)
H. Heldmann għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 141, 20.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy