18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2011 — Bongrain vs UASI — apetito (APETITO)
(Kawża T-129/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali APETITO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti apetito - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 179/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bongrain SA (Viroflay, Franza) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: apetito AG (Rheine, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Weeg, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Frar 2009 (Każ R 720/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn apetito AG u Bongrain SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Bongrain SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 141, 20.6.2009
Full & Egal Universal Law Academy