18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Farmeco vs UASI — Allergan (BOTUMAX)
(Kawża T-131/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BOTUMAX - Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti BOTOX - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Dannu għar-reputazzjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 346/80
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Farmeco AE Dermokallyntika (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Lyperis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Allergan, Inc. (Irvine, California, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Frar 2009 (Każ R 60/2008-4), dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Allergan Inc. et Farmeco AE Dermokallyntika.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Farmeco AE Dermokallyntika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 06.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy