11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2012 — Basile u I Marchi Italiani vs UASI — Osra (B. Antonio Basile 1952)
(Kawża T-134/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva B Antonio Basile 1952 - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BASILE - Raġuni relattiva għal rifjut - Dekadenza permezz ta’ tolleranza - Artikolu 53(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009))
2012/C 243/26
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Antonio Basile (Giugliano in Campania, l-Italja); u I Marchi Italiani Srl (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: G. Militerni, L. Militerni u F. Gimmelli, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: iniżjalment A. Sempio, sussegwentement: P. Bullock, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Osra SA (Rovereto, San Marino) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, R. Cartella u G. Petrocchi, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Jannar 2009 (Każ R 1436/2007-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Osra SA u Antonio Basile.
Dispożittiv
(1)
Fil-Kawża T-134/09, l-isem tat-tieni rikorrent, I Marchi Italiani Srl, huwa mħassar mil-lista tar-rikorrenti.
(2)
Ir-rikors huwa miċħud.
(3)
Antonio Basile huwa kkundannat għall-ispejjeż, minbarra dawk li jirrigwardaw iċ-ċessjoni tal-atti.
(4)
I Marchi Italiani Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 141, 20.6.2009.
Full & Egal Universal Law Academy