20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni vs Gal-Or
(Kawża T-136/09) (1)
(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt għal għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari - Nuqqas ta’ osservanza tal-kuntratt - Rimbors ta’ somom imħallsa bil-quddiem - Proċedura fil-kontumaċja)
2010/C 317/54
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, aġenti, assistiti inizjalment minn de B. Katan u M. van der Woude, avukati, sussegwentement minn de B. Katan)
Konvenut: Benjamin Gal-Or (Jupiter, Florida, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ intiż sabiex B. Gal-Or jiġi kkundannat iħallas lura s-somma ta’ EUR 205 611, li l-Kummissjoni ħallsitlu fil-kuntest tal-kuntratt IN/0042/97, flimkien mal-interessi moratorji, kif ukoll l-interessi moratorji fuq is-somma ta’ EUR 9 231,25, li tirrapreżenta l-ispejjeż ta’ proċedura mibdija minn B. Gal-Or kontra l-Kummissjoni quddiem il-qrati Olandiżi.
Dispożittiv
(1)
Benjamin Gal-Or huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali dovuta ta’ EUR 205 611, flimkien mal-interessi bir-rata ta’:
—
2.75 % mit-2 ta’ Marzu 2003;
—
2.50 % mis-7 ta’ Marzu 2003;
—
2.00 % mis-6 ta’ Ġunju 2003;
—
2.25 % mis-6 ta’ Diċembru 2005;
—
2.50 % mit-8 ta’ Marzu 2006;
—
2.75 % mill-15 ta’ Ġunju 2006;
—
3.00 % mid-9 ta’ Awwissu 2006;
—
3.25 % mill-11 ta’ Ottubru 2006;
—
3.50 % mit-13 ta’ Diċembru 2006;
—
3.75 % mill-14 ta’ Marzu 2007;
—
4.00 % mit-13 ta’ Ġunju 2007;
—
4.25 % md- 9 ta’ Lulju 2008;
—
3.75 % mill-15 ta’ Ottubru 2008;
—
3.25 % mit-12 ta’ Novembru 2008;
—
2.50 % mill-10 ta’ Diċembru 2008;
—
2.00 % mill-21 ta’ Jannar 2009;
—
1.50 % mill-11 ta’ Marzu 2009;
—
1.25 % mit-8 ta’ April 2009;
—
1.00 % mit-13 ta’ Mejju 2009.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
B. Gal-Or huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 141, 20.6.2009.
Full & Egal Universal Law Academy