25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2014 – Nike International vs UASI – Muñoz Molina (R 10)
(Kawża T-137/09) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali R10 - Trade mark nazzjonali preċedenti R 10 mhux irreġistrata - Ċessjoni tat-trade mark nazzjonali - Prova tal-proprjetà tat-trade mark preċedenti”))
2014/C 282/31
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Nike International Ltd (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Aurelio Muñoz Molina (Petrer, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Jannar 2009 (Każ R 551/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DL Sports & Marketing Ltda u Aurelio Muñoz Molina.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nike International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 129, 06.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy