31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2010 — Muñoz Arraiza vs UASI Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja (RIOJAVINA)
(Kawża T-138/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali RIOJAVINA - Trade mark Komunitarja kollettiva figurattiva preċedenti RIOJA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 209/57
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Félix Muñoz Arraiza (Logroño, Spanja) (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. F. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja (Logroño) (rappreżentant: J. I. Martínez De Torre, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Jannar 2009 (Każ R 721/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja u Félix Muñoz Arraiza.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Félix Muñoz Arraiza huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 153, 4.7.2009.
Full & Egal Universal Law Academy