17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-139/09) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Settur tal-frott u l-ħaxix - ‘Pjanijiet ta’ kontinġenza’ intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Riżorsi tal-Istat - Kofinanzjament minn stabbiliment pubbliku u minn kontribuzzjonijiet volontarji mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi - Argumenti mhux imqajma matul il-proċedura amministrattiva - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2012/C 355/41
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: iniżjalment E. Belliard, G. de Bergues u A.-L. During, sussegwentement E. Belliard, G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 203 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u tal-ħaxix implementati mir-Repubblika Franċiża.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 141, 20.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy