29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2013 — MRI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-154/09) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-manek marittimi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u skambji ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva - Kunċett ta’ ksur kontinwu jew ripetut - Preskrizzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Aspettattivi leġittimi - Multi - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni)
2013/C 189/31
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
RikorrentI: Manuli Rubber Industries SpA (MRI) (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Pappalardo u E. Marasà, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, S. Noë u L. Prete, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 428 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.406 — Manek marittimi), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna r-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għal tnaqqis sostanzjali tal-multa imposta fuqha fl-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 428 finali, tat 28 ta’ Jannar 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.406 — Manek marittimi) huwa annullat.
(2)
L-ammont tal-multa imposta fuq MRI huwa ffissat għal EUR 4 900 000.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 141, 20.6.2009.
Full & Egal Universal Law Academy