28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2012 — Biofrescos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-159/09) (1)
(Unjoni doganali - Gambli tal-friża mill-Indoneżja - Ċertifikati ta’ oriġini mhux validi - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 220(2)(b), u l-Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92)
2012/C 227/23
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Biofrescos — Comércio de Produtos Alimentares, Lda (Linda-a-Velha, il-Portugall) (rappreżentant: A. de Magalhães Menezes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, P. Guerra e Andrade u L. Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 72 finali, tas-16 ta’ Jannar 2009, li tikkonstata li hemm lok li jsir id-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni, u li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma hijiex ġustifikata f’każ partikolari.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Biofrescos — Comércio de Produtos Alimentares, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 153, 4.7.2009
Full & Egal Universal Law Academy