10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 — Winzer Pharma vs UASI — Alcon (OFTAL CUSI)
(Kawża T-160/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OFTAL CUSI - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Ophtal - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 269/102
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Dr. Robert Winzer Pharma GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schneller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alcon Inc. (Hünenberg, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Vidal-Quadras Trias de Bes, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Frar 2009 (Każ R 1471/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dr. Robert Winzer Pharma GmbH u Alcon Inc.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Dr. Robert Winzer Pharma GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Alcon Inc.
(1) ĠU C 167, 18.07.2009.
Full & Egal Universal Law Academy