9.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2012 — Würth u Fasteners (Shenyang) vs Il-Kunsill
(Kawża T-162/09) (1)
(Rikors għal annullament - Dumping - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)
2012/C 165/28
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Adolf Würth GmbH & Co. KG (Künzelsau, il-Ġermanja); u Arnold Fasteners (Shenyang) Co. Ltd (Shenyang, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Karl u M. Mayer, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u B. Martenczuk, aġent); u European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J. Bourgeois, Y. van Gerven u E. Wäktare, sussegwentement J. Bourgeois, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Adolf Würth GmbH & Co. KG u Arnold Fasteners (Shenyang) Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Institute AISBL.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 167, 18.07.09.
Full & Egal Universal Law Academy