14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-184/09) (1)
(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 u Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 - Evalwazzjoni tar-riskju ta’ dannu finanzjarju għall-FAEGG - Prinċipju ta’ proporzjonalità)
2011/C 145/42
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: V. Kontolaimos, E. Leftheriotou u V. Karra, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u A. Markoulli, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/253/KE, tad-19 ta’ Marzu 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar il-Garanzija (FAEG) (ĠU L 75, p. 15), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmula mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 193, 15.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy