3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2011 — Poloplast vs UASI — Polypipe (P)
(Kawża T-189/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva P - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti P u P POLYPIPE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
(2011/C 355/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Poloplast GmbH & Co. KG (Leonding, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Bruckmüller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Polypipe Ltd (Edlinton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment K. E. Gilbert u M. H. Blair, solicitors, sussegwentement K. E. Gilbert, M. H. Blair u S. S. Malynicz, barrister)
Suġġett
Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Frar 2009 (Każ R 80/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Polypipe Ltd u Poloplast GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Poloplast GmbH & Co. KG. hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Polypipe Ltd għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 167, 18.07.2009.
Full & Egal Universal Law Academy