12.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Amen Corner vs UASI — Comercio Electrónico Ojal (SEVE TROPHY)
(Kawża T-192/09) (1)
(Trade mark Kommunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Aapplikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SEVE TROPHY - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Seve Ballesteros Trophy u SEVE TROPHY - Ragunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Nuqqas ta’ arrikiment indebitu min-natura distintiva jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti u nuqqas ta’ ħsara kkawżat lilhom - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 46/21
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Amen Corner, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. A. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Comercio Electrónico Ojal, SL (Madrid)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Marzu 2009 (Każ R 462/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Amen Corner, SA u Comercio Electrónico Ojal, SL.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Amen Corner, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 167, 18.07.2009.
Full & Egal Universal Law Academy