25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — Olymp Bezner vs UASI — Bellido (OLYMP)
(Kawża T-204/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OLYMP - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OLYMPO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009))
2011/C 186/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Olymp Bezner GmbH & Co. KG (Bietigheim-Bissingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Bellido, SA (Manzanares, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2009 (Każ R 598/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel. Bellido, SA u Sánchez u Olymp Bezner GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Olymp Bezner GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 167, 18.7.2009.
Full & Egal Universal Law Academy