12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2011 — El Jirari Bouzekri vs UASI — Nike International (NC NICKOL)
(Kawża T-207/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva NC NICKOL - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti NIKE - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94)
2011/C 331/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mustapha El Jirari Bouzekri (Malaga, Spanja) (rappreżentant: E. Ragot, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nike International Ltd (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Frar 2009 (Każ R 554/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożzzjoni bejn Nike International Ltd u Mustapha El Jirari Bouzekri.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Frar 2009 (Każ R 554/2008-2), hija annullata.
(2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Mustapha El Jirari Bouzekri. Nike International Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 167, 18.07.2009.
Full & Egal Universal Law Academy