28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Alder Capital vs UASI — Gimv Nederland (ALDER CAPITAL)
(Kawża T-209/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali ALDER CAPITAL - Trade marks verbali preċedenti tal-Benelux Halder u Halder Investments - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti Halder - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Użu serju tat-trade mark - Artikolu 15 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009))
2011/C 160/25
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alder Capital Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u R. Manea, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gimv Nederland BV (Gravenhage, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. van de Braak u S. Beelaard, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Frar 2009 (Każ R 486/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Halder Holdings BV u Alder Capital Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Alder Capital Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli indikati minn Gimv Nederland BV għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 180, 1.8.2009
Full & Egal Universal Law Academy