26.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 95/7
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2011 — Yorma’s vs UASI — Norma Lebensmittelfilialbetrieb (YORMA’S)
(Kawża T-213/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali ‘yorma’s’ - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NORMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 95/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Yorma’s AG (Deggendorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Weiß, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. von Welser, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Frar 2009 (Każ R 1879/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH Co. KG u Yorma’s AG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Yorma’s AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 180, 01.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy