3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2011 — COR Sitzmöbel Helmut Lübke vs UASI — El Corte Inglés (COR)
(Kawża T-214/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal estensjoni territorjali tal-protezzjoni ta’ reġistrazzjoni internazzjonali - Trade mark verbali COR - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CADENACOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti)
(2011/C 355/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: COR Sitzmöbel Helmut Lübke GmbH & Co. KG (Rheda-Wiedenbrück, il-Ġermanja) (rappreżentanti: Y.-G. von Amsberg u A.-S. Loesenbeck, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u G. Schneider, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.L. Rivas Zurdo, M. E. López Camba u E. Seijo Veiguela, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Marzu 2009 (Każ R 376/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Cor Sitzmöbel Helmut Lübke GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
COR Sitzmöbel Helmut Lübke GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 180, 01.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy