10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2011 — Ergo Versicherungsgruppe vs UASI — Société de développement et de recherche industrielle (ERGO Group)
(Kawża T-221/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ERGO Group - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti URGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 269/104
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ergo Versicherungsgruppe AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. W. Renck, T. Dolde u J. Pause, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société de développement et de recherche industrielle (Chenôve, Franza) (rappreżentant: K. Dröge, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Marzu 2009 (Każ R 520/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société de développement et de recherche industrielle u Ergo Versicherungsgruppe AG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ergo Versicherungsgruppe AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 180, 01.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy