19.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2011 — Ineos Healthcare vs UASI — Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)
(Kawża T-222/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALPHAREN - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALPHA D3 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009))
2011/C 89/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ineos Healthcare Ltd (Warrington, Cheshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u A. Smith, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalem, l-Iżrael)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Marzu 2009 (Każ R 1897/2007-2), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Teva Pharmaceutical Industries Ltd u Ineos Healthcare Ltd.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Marzu 2009 (Każ R 1897/2007-2) hija annullata fir-rigward ta’ prodotti li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin: “Prodotti farmaċewtiċi u veterinarji li jkun fihom l-idrossidu tal-karbonat tal-manjesju, ħadid jew hydrotalcite, jew derivattivi ta’ dawn il-komponenti’, “Fosfati għall-kura tal-hyperphosphatemia”.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż esposti minn Ineos Healthcare Ltd.
(4)
Ineos Healthcare għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 180, 1.8.2009.
Full & Egal Universal Law Academy