5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2012 — Feng Shen Technology vs UASI — Majtczak (FS)
(Kawża T-227/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva FS - Mala fide tal-applikant - Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2012/C 133/43
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Feng Shen Technology Co. Ltd (Guieshan Township, it-Tajwan) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Jarosław Majtczak (Łódź, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment J. Wyrwas, sussegwentement J. Radłowski, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ April 2009, (Każ R 529/2008-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Feng Shen Technology Co. Ltd u Jarosław Majtczak
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ April 2009 (Każ R 529/2008-4), hija annullata.
(2)
L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Feng Shen Technology Co. Ltd.
(3)
Jarosław Majtczak għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 193, 15.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy