16.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 120/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni vs Edificios Inteco
(Kawża T-235/09) (1)
(Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm għall-promozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ enerġija għall-Ewropa (Thermie) - Kuntratt dwar il-kostruzzjoni f’Valladolid (Spanja) ta’ ċentru kummerċjali u ta’ negozju mgħammar b’sistema ta’ klimatizzazzjoni solari - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Rimbors tas-sommom imħallsa bil-quddiem - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja)
2011/C 120/29
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: G. Valero Jordana)
Konvenuta: Edificios Inteco, SL (Valladolid, Spanja) (rappreżentant: C. de la Red Mantilla, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE sabiex tikseb ir-rimbors tas-somma ta’ EUR 157 238,07 li hija kienet ħallset lill-konvenuta fil-kuntest ta’ proġett ta’ kostruzzjoni f’Valladolid ta’ ċentru kummerċjali u ta’ negozju mgħammar b’sistema ta’ klimatizzazzjoni solari (Kuntratt BU/1041/93), flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
(1)
Edificios Inteco, SL hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 157 238,07, flimkien mas-somma ta’ EUR 81 686,22 li tikkorrispondi għall-interessi dovuti sal-1 ta’ Ġunju 2009.
(2)
Edificios Inteco hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 21,73796 għal kull ġurnata ta’ dewmien addizzjonali b’effett mit-2 ta’ Ġunju 2009 sakemm id-dejn kollu jitħallas lura.
(3)
Edificios Inteco hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 220, 12.9.2009.
Full & Egal Universal Law Academy