28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-236/09) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi esterni ta’ żvilupp, ta’ studji u ta’ sostenn għal sistemi ta’ informazzjoni - Ċaħda tal-offerti ta’ offerenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trattament ugwali - Trasparenza - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)
2012/C 126/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Bambara, sussegwentement E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2009, li jiċħdu ż-żewġ offerti ppreżentati mir-rikorrenti, rispettivament, għal Lott Nru 1, intitolat “Perizja dwar żvilupp fuq il-post (intra-muros)” u għal Lott Nru 2, intitolat “Proġetti ta’ żvilupp barra l-post (extra-muros)”, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti RTD-R4-2007-001, dwar il-provvista ta’ servizzi esterni ta’ żvilupp, ta’ studji u ta’ sostenn għal sistemi ta’ informazzjoni għall-Kummissjoni (ĠU 2007, S 238), kif ukoll tad-deċiżjonijiet li dawn il-lottijiet jiġu assenjati lil offerenti oħra u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 193, 15.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy