20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Accenture Global Services vs UASI — Silver Creek Properties (acsensa)
(Kawża T-244/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva acsensa - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti ACCENTURE u accenture - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009))
2010/C 317/55
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Accenture Global Services GmbH (Schaffhausen, l-Isvizzera) (rappreżentant: R. Niebel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Silver Creek Properties SA (Panama, Panama)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Marzu 2009 (Każ R 802/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Accenture Global Services GmbH u Silver Creek Properties SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Accenture Global Services GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 193, 15.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy