21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-246/09) (1)
(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp - Kuntratti MEDIS u Dias.Net - Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati - Żamma ta’ somma intiża għal kontraent ieħor - Rimbors ta’ somom imħallsa - Inammissibbiltà parzjali tar-rikors - Kontrotalba tal-Kummissjoni - Parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar il-kontrotalba)
2012/C 217/33
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Marsal u J.-D. Simonet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, sussegwentement A.-M Rouchaud-Joët u D. Calciu, aġenti, assistiti minn L. Defalque u S. Woog, avukati)
Suġġett
Talba intiża sabiex, minn naħa, jiġi ddikjarat bħala infondat kreditu tal-Kummissjoni ta’ EUR 189 241,64 u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata toħroġ “nota ta’ kreditu” ta’ dan l-ammont u, fl-aħħar nett, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas bħala danni EUR 212 597, b’mod prinċipali, u EUR 230 025, b’mod sussidjarju.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ippreżentat mill-Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) huwa miċħud.
(2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kontrotalbiet ippreżentati mill-Kummissjoni inkwantu dawn huma intiżi għall-kundanna ta’ Insula għall-ħlas tas-somma dovuta, b’mod prinċipali u bl-interessi, fuq il-bażi tal-kuntratt Dias.Net.
(3)
Insula huwa kkundannat jħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali ta’ EUR 157 983,11, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata ta’ 2.75 % fis-sena, li jibdew jiddekorru mis-16 ta’ Mejju 2009 u sal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma prinċipali.
(4)
Insula għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 193, 15.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy