29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2011 — Cesea Group vs UASI — Mangini & C. (Mangiami)
(Kawża T-250/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurativa Mangiami - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti MANGINI - Ammissibbiltà ta’ provi ġodda - Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 319/30
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Cesea Group Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: D. De Simone, D. Demarinis, u J. Wrede, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mangini & C. Srl (Sestri Levante, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ April 2009, (Każ R 982/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mangini & C u Cesea Group Srl.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta’ April 2009 (Każ R 982/2008-2), hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 193, 15.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy